STATUT TA' L-ASSOCJAZZJONI TAL-PULIZIJA TA' MALTA


ARTIKOLU 1

1.1 Qeghda b’dan titwaqqaf Assocjazzjoni li tkun maghrufa bhala l-Assocjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta , hawnhekk izjed ’il quddiem imsejjha "L-Assocjazzjoni", taht l-istatut prezenti, stabbilita skond il-ligi taht l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta’ Malta u sussegwentament riaffermata bil-Att Dwar il-Pulizija Kapitlu 164.

1.2 Kull kelma jew frazi f’dan l-Istatut ghandu jkollha l-istess tifsir bhalma hu moghti lilha fl-Att dwar il-Pulizija, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx tehtieg xort’ohra.


ARTIKOLU 2

(Ghanijiet u objettivi)

2.1 L-ghanijiet u l-objettivi ta’ l-Assocjazzjoni jkunu dawk imfissra fl-Att dwar il-Pulizija u, b’mod partikolari:

2.1.1 it-tharis u t-titjib tal-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg tal-membri, u l-promozzjoni ta’ l-interessi taghhom, b’riferenza partikolari ghall-partecipazzjoni ta’ l-assocjazzjoni fil-Bord tal-Pulizija ghan-Negozjar, kif stabbilit taht l-Att dwar il-Pulizija jew kull bord iehor relatat; irrapprezentanza ta’ l-interessi tal-membri f’diskussjonijiet man-naha ufficjali tal-Korp tal-Pulizija;

2.1.2 li joghla l-livell intellettwali, morali u professjonali tal-membri;

2.1.3 it-trawwim u l-izvilupp ta’ relazzjonijiet bejn membri kollegi, u ex-membri tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta ;

2.1.4 it-titjib tal-benesseri tal-membri tal-Korp u ta’ ddipendenti taghhom, permezz ta’ dawk is-servizzi li jkunu jistghu jinghataw minn zmien ghal zmien, inkluzi poloz ta’ l-assigurazzjoni kollettivi;

2.1.5 l-ghoti ta’ pariri u ghajnuna lil membri individwali fl-procedimenti dixxiplinari;

2.1.6 it-twaqqif u l-amministrazzjoni ta’ fond jew fondi bil-ghan li jigu pprovduti attivitajiet edukattivi, ta’benesseri, kulturali u socjali;

2.1.7 il-kiri, t-tehid b’kera, ix-xiri, jew xort’ohra l-akkwist ta’ proprjetà u / jew ufficcji ghall-finijiet ta’ l-Assocjazzjoni;

2.1.8 li tkun proprjetarja u amministratrici ta’ proprjetà u fondi, u fl-esekuzzjoni ta’ l-ghanijiet u l-objettivi taghha, tista’ timpjega persunal u konsulenti, u li taghmel dak kollu li hu mehtieg, ancillari, jew li jwassal ghall-kisba ta’ dawk l-ghanijiet u objettivi.


ARTIKOLU 3

(Is-Shubija)

3.1Is-shubija ghandha tkun volontarja u ghandha tkun miftuha ghall-Ufficjali tal-Pulizija kollha.

3.2 Kull Ufficjal tal-Pulizija ghandu jitqies li huwa membru ta’ l-Assocjazzjoni, bhalma kien fil-gurnata li tigi qabel id-data tal-bidu fis-sehh ta’ dan l-Istatut.

3.3 Kull Ufficjal tal-Pulizija jista’ jaghzel li jirrizenja minn membru ta’ l-Assocjazzjoni wara d-data tad-dhul fis-sehh ta’ dan l-Istatut.

 3.4 L-ishubija tintemm awtomatikament:

 3.4.1 mal-mewt;

 3.4.2 meta persuna ma tibqax membru fil-Korp;

 3.4.3 fil-kaz li xi membru ma jkunx ikkontribwixxa ghas-shubija tieghu ghal erba’ darbiet wara xulxin;

3.4.4 meta persuna ttemm is-shubija volontarjament.

3.5 Biex membru jerga’ jiddahhal mill-gdid dan ghandu jkun hallas l-arretrati kollha li jkun ghadu ma hallasx sa dakinhar li jkun naqas li jhallas.


ARTIKOLU 4

 (Il-Mizata)

4.1 Il-mizata ta’ membru tkun dovuta u tithallas kull tliet xhur bil-quddiem.

4.2 Il-mizata tkun dik li l-Konferenza Generali tistabbilixxi b’vot ta’ maggoranza semplici.


4.3 Il-mizata ghandha tithallas mill-membri hekk kif il-Konferenza Generali tista’ tistabbilixxi, lit-tezorier. 


ARTIKOLU 5

5.1 L-ufficcju ta’ l-Assocjazzjoni jkun fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija jew f’kull tali indirizz iehor kif jigi deciz skond dan l-Istatut.

5.2 Is-sigill ghandu jkun jinkludi l-emblema ta’ l-Assocjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta .


ARTIKOLU 6

(Drittijiet u Obbligi tal-membri)

6.1 Il-membri kollha ghandhom dritt jeleggu u li jigu eletti fl-Assocjazzjoni.

6.2 Membru jkun marbut b’dan l-Istatut u bid-decizjonijiet li jintlahqu skond il-process demokratiku intern.

6.3 Membru ghandu jibqa’ jhallas il-mizata ghas-shubija tieghu skond ma tkun stabbilita minn zmien ghal zmien mill-Assocjazzjoni.


ARTIKOLU 7

( Shubija barranija jew kuntatti )


7.1 L-Assocjazzjoni tista’ tibqa’ tkun membru tal-Kunsill Ewropew ta’ Unions tal-Pulizija (C.E.S.P.) skond l-Istatut taghha.

7.2 L-Assocjazzjoni ghandha tibqa’ zzomm dawk il-kuntatti ma’ Assocjazzjonijiet tal-Pulizija barranin biex iggib ’il quddiem lideali taghha.


ARTIKOLU 8

( Organi ta’ l-Assocjazzjoni )


8.1 L-organi ta’ l-Assocjazzjoni jkunu:

8.1.1 : il-Konferenza Generali

8.1.2 : il-Kumitat Ezekuttiv.


 ARTIKOLU 9

( Il-Konferenza Generali )


9.1 L-oghla organu ta’ l-Assocjazzjoni jkun il-Konferenza Generali li ghandha teleggi l-Kumitat Ezekuttiv, u li tkun il-korp ewlieni li jifformola l-politika ta’ l-Assocjazzjoni.

9.2.1 Ikun hemm Konferenza Generali Annwali, li ghandha tezamina u tadotta r-Rapport Annwali tal- Kumitat Ezekuttiv, u tezamina u tapprova l-Kontijiet Annwali. Tista’ titlaqqa Konferenza Generali Straordinarja skond il-htiega b’talba maghmula lis-Segretarju Generali.    

F’kaz ta’ nuqqas ta’ approvazzjoni tal-Kontijiet Annwali u/jew addottazzjoni tar-Rapport Anwali

(a) jekk hija l-ahhar Konferenza Generali li fiha ghandu jinhareg il-writ ta’ l-elezzjoni, jibqghu hekk mhux approvati jew addottati u jigu re-sottomessi fil-Konferenza Generali gdida;

(b) fi kwalunkwe kaz iehor ta’ nuqqas ta’ approvazzjoni jew addottazzjoni, ghandu jinhatar mill-Konferenza Generali kumitat Ad Hoc ta’ tlett min nies sabiex jezamina u jirrapporta dwar il-kwestjonijiet hekk imqajjma u d-decizzjoni tieghu tkun finali, daqs li kieku giet approvata mill-Konferenza Generali, liema rapport ghandu jsir fi zmien xahar. Dan ir-rapport ghandu jkun mgharraf lill-Konferenza Generali Straordinarja imsejjha ghalhekk.

9.2.2 It-terminu ta’ zmien tal-Konferenza Generali u l-Kumitat Ezekuttiv ghandu jkun ta’ tliet snin

9.2.3 Il-Konferenza Generali Annwali ghandha ssir sa mhux aktar tard mill-ewwel tlett xhur tas-sena.

9.3 Il-Konferenza Generali ghandha tkun maghmula mill-Kummissarju, Deputat Kummissarju, zewg Assistenti Kummissarji, zewg Supritendenti, erbgha Spetturi, zewg Surgenti Magguri, tmin Surgenti, tmin Kuntistabbli, li ghandhom jigu eletti sa mhux aktar tard minn xahar wara li titlaqa’ l-Konferenza Generali Annwali.

9.4 Ic-Chairman ghandu jippresjedi d-diskussjonijiet tal-konferenza; meta ma’ jkunx hemm hu, is-Segretarju Generali; meta la jkun hemm wiehed lanqas l-iehor, persuna li tinhatar mill-Kumitat Ezekuttiv

9.5 Il-Konferenza Generali ghandha ssir fil-post, jum u hin stabbiliti u decizi mill-Kumitat Ezekuttiv. Il-quorum ikun ta’ nofs l-ghadd tal-membri u wiehed aktar, jew wara nofs siegha mill-hin stabbilit dawk, il-membri prezenti.

9.6 L-agenda ghall-Konferenza Generali ghandha tigi mhejjija mill-Kumitat Ezekuttiv u ghandha titqassam mill-anqas xahar bil-quddiem qabel il-jum stabbilit. Kull decizjoni ghandha tittiehed b’maggoranza semplici. L-agenda ghall-Konferenza Generali Straordinarja ghandha tigi mhejjija mill-Kumitat Ezekuttiv u ghandha titqassam mill-anqas gimgha qabel il-jum stabbilit

9.7 Id-delegati jistghu fi zmien hames t’ijiem minn mindu jircievu in-notifika ta’ l-agenda jitolbu li titpogga xi mozzjoni / proposta fuq l-agenda liema talba trid titqassam lid-delegati kollha permezz tas-Segretarju Generali mhux aktar tard minn ghaxar t’ijiem qabel id-data tal-Konferenza Generali

 9.8 Kull membru ta’ l-Assocjazzjoni jista’ jitlob li titpogga mozzjoni / proposta fuq l-Agenda permezz ta’ delegat.


 ARTIKOLU 10

( IL-Kumitat Ezekuttiv)


10.1 Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jkun maghmul minn Chairman, Segretarju Generali, Tezorier u membru minn kull rank, wara li jkunu gew eletti waqt il-Konferenza Generali.

10.2 Ir-rizenji mill-Kumitat Ezekuttiv iridu, jinghataw bil-miktub lis-Segretarju Geenrali, sa kemm ma’ jkunux dawk dovut skond l-artiklu 3.4 u kull vakanza li tirrizulta minnhom ghandha timtela’ bil-procedura ta’ elezzjoni b’ghazla sa l-elezzjonijiet li jkun imiss.

10.3 Il-Kumitat Ezekuttiv ikun responsabbli ghall-amministrazzjoni kif imiss tal-flejjes kollha, u ghal dan il-ghan ghandu jitlob u janalizza rapport finanzjarju ta’ l-Assocjazzjoni kull sitt xhur. Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu iressaq rapporti u osservazzjonijiet u jwettaq jew jaghmel arrangamenti ghal negozjati ma’ l-awtoritajiet kompetenti. Ir-rapprezentanza guridika ta’ l-Assocjazzjoni ghandha tkun vestita fil-Kumitat Ezekuttiv

10.4 Il-Kumitat Ezekuttiv jista’ jiddelega lil xi rapprezentant wiehed jew aktar biex iwettqu kull tali dmir jew parti minnu.

10.5 Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jimplimenta d-decizjonijiet adottati fil-Konferenza Generali

10.6 Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jiltaqa’ daqstant spiss daqskemm iqis li jkun mehtieg biex iwettaq in-negozju tieghu b’mod efficjenti. Il-quorum ikun ta’ nofs l-ghadd tal-membri u wiehed aktar, jew wara nofs siegha mill-hin stabbilit, il-membri prezenti

 10.7 Il-mozzjonijiet jistghu jigu pprezentati mill-Kumitat Ezekuttiv jew jinghatawlu minn kull delegat li ghandu jkun sekondat minn membru delegat iehor u ghandhom jigu mmwassla lill-membri kollha mill-anqas ghaxart ijiem qabel il-Konferenza Generali

10.8 Il-Kumitat eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija, ikollu s-saħħa li jieħu miżuri mingħajr ma jikkonsulta mal-membri tal-Konferenza Ġenerali.


ARTIKOLU 11

(Kummissjoni Elettorali / Elezzjonijiet)

11.1 Ghandu jkun hemm Kummissjoni Elettorali li tkun mahtura mill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex tmexxi u tiehu hsieb l-elezzjonijiet imsemmija f’dan l-istatut. Din il-Kummissjoni Elettorali ghandha tkun maghmula minn :- Assistent Kummissarju li jkun ic-Chairman, Supritendent, Spettur, Surgent Maggur, Surgent u Kuntistabbli. Dawn ghandhom ikollhom is-sostituti taghhom. Jekk min jintagħżel sabiex jaghmel parti mill-Kummissjoni Elettorali ser ikun kandidat ghall-elezzjoni dan m’ghandux jiehu sehem f’din il-Kummissjoni Elettorali

11.2 Is-Segretarju Generali jkun l-awtorita’ li johrog writ ta’ l-elezzjonijiet u ghandu jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex tigi kostitwita l-Kummissajoni Elettorali skond l-artikli precedenti u l-Kummissarju tal-Pulizija jaghti l-awtorita’ tieghu sabiex il-Kummissjoni Elettorali torganiza dawn l-elezzjonijiet skond dan l-istatut

11.2.1 Is-Segretarju Generali ghandu johrog il-writ ta’ l-elezzjonijiet (a) fuq talba tal-Kumitat Ezekuttiv; (b) f’kaz li ma hemmx Kumitat Ezekuttiv skond l-istatut ; u (c) fl-gheluq ta’ tlett snin mill-ahhar elezzjoni

11.3 Il-Kummissjoni Elettorali tkun indipendenti fit-tmexxija, organizzazzjoni u fl-amministrazzjoni ta’ dawn l-elezzjonjiet. Il-Kummissjoni Elettorali ghandha tiltaqa’ sabiex torganizza l-logistika, tmexxija u r-rizultat ta’ l-elezzjoni. Id-Decizzjoni tal-Kummissjoni Elettorali dwar validita ta’ voti u ghadd, tkun finali

11.4 Minn hmistax i1-gurnata qabel id-data ta’ l-elezzjoni sa gimgha qabel l-elezzjoni min hu interessat sabiex jkun kandidat ghal-elezzjoni ta’ delegat ghall-Konferenza Generali ghandu japplika fil-formoli apposta ghand l-Ufficcju tar-Rizorsi Umani u jkun nominat minn zewg membri ta’ l-assocjazzjoni. Il-Kummissjoni Elettorali ghanda tivverifika dawn l-applikazzjonijiet ghal xi irregolaritajiet u tippubblika permezz ta’ messagg generali fuq is-sistema tal-Korp li kopja tieghu ghanda wkoll titwahhal fuq in-notice board ta’ l-ghasses u l-branki rispettivi kollha, l-ismijiet tal-Kandidati ghal informazzjoni ta’ kullhadd

 11.5 Il-jum stabbilit ta’ l-elezzjoni ghandu jkun il-jum tal-Gimgha (Friday), il-kaxxa/i tal-voti ghandhom jkunu fil-Kwartieri Generali u f’dawk il-postijiet li l-Kummissjoni Elettorali tiddeciedi u dan skond l-ammont ta’ membri.

11.5.1 L-ghadd tal-voti jsir il-gurnata ta’ wara l-elezzjoni jum is-Sibt.

11.5.2 L-elezzjoni ghal-Kumitat Ezekuttiv issir immedjatament wara li jkun maghruf ir-rizultat ghal-Konferenza Generali.  

11.5.3 Il-Kandidati jkollhom id-dritt li jsegwu l-ghadd tal-voti.

11.5.4 Il-hin ta’ votazzjoni ghandu jkun tali li kullhadd jkun jista jivvota liberament u ma’ jkunx impedut milli jivvota ghax ikun xoghol.

11.6 Il-Kummissjoni Elettorali ghandha tippubblika l-karti tal-voti. Il-ritratti tal-kandidati ghandhom jigu mwahhla fil-kamra fejn issir il-votazzjoni. L-ismijiet fuq il-karti tal-voti tas-Surgenti Magguri, tas-Surgenti u tal-Kuntistabblijiet ghandhom jkunu wara xulxin skond in-numru tar-rank. Il-karti tal-voti ta’ l-ufficjali ghandhom jkunu b’sistema alfabetika skond il-kunjom.

11.7 Kull rank jivvota ghad-delegati tal-istess rank waqt l-elezzjoni bhala delegat ghal-Konferenza Generali. Dan ma jghoddx waqt il-votazzjoni ghall hatra tal-Kumitat Ezekuttiv fil-kariga ta’ Chairman, Segretarju Generali , Tezorier u l-membri l-ohra tal-Kumitat Ezekuttiv. Ic-Chairman, Segretarju Generali u t-Tezorier jigu eletti mid-delegati li jkunu eletti mill-Konferenza Generali. Jekk ma’ jkunx hemm kontestazzjoni tal-karigi dawn jibqghu okkupati minn min ikun hemm qabel f’dak il-kariga, kemm il-darba l-individwu jaccetta u dan jekk jigi elett fil-Konferenza Generali.

11.8 In-numru ta’ delegati ghall-Konferenza Generali jkun kif hemm stipluat f’artiklu 9.3.

11.9 Is-sistema valida ta’ kif taghti l-preferenza tal-vot hi, billi jigu mmarkati b’numri min-numru wiehed sa kemm hemm kandidati ghal dak ir-rank partikolari. Min igib l-akbar preferenzi ta’ voti b’numru wiehed jigi elett bis-sekwenza ta’ l-ewwel ghadd (count). F’kaz illi l-ahhar post vakanti jkun hemm kandidati bl-istess ghadd ta’ voti, jigu maghduda t-tieni preferenzi fil-karti tal-votazzjonijiet kollha ta’ dak ir-rank u min jgib l-aktar voti jigi elett.








 

Assocjazzjoni tal-Pulizija ta'Malta

EST 1955

You are viewing the text version of this site.

To view the full version please install the Adobe Flash Player and ensure your web browser has JavaScript enabled.

Need help? check the requirements page.

Get Flash Player