It-twaqqif tal-Assocjazzjoni.
L-Assocjazzjoni tal-Pulizija giet imwaqqfa ufficjalment f’Lulju tas-sena 1955. Madankollu, din kienet giet proponuta sabiex titwaqqaf sa mis-sena 1950. L-ghanijiet principali ghaliex kella titwaqqaf Assocjazzjoni kienu tlieta; Sabiex tipprotegi lill-ufficjali zghar minn xi vittimizazzjoni possibli; Sabiex tamministra l-Fond tal-Pulizija (Police Fund), u Sabiex tizgura koperazzjoni shiha u ftehim aqwa bejn l-ufficjali.
Ghalkemm kif diga ghidt l-Assocjazzjoni giet imwaqqfa f’Lulju tas-sena 1955, sa minn Mejju tas-sena 1950, ir rapprezentanti taghha kienu diga resqu xi lmenti lill awtoritajiet peress illi f’dawk iz-zminijiet kellu jasal Malta certu W.A. Mueller (Inspector of Colonial Police), sabiex ihejji rapport dettaljat dwar il- Korp tal- Pulizija ta’Malta.
Fost l-ilmenti mressqa kien hemm; Is-sighat twal ta’ xoghol, is-servizz ta’ riserva li ma kienx jghodd ghall-fini ta’ pensjoni; talba ghall-zieda fil-paga u ghoti ta’ allowances; l-uniformi kif ukoll dwar il-kastigi f’kaz ta’ ksur ta’ dixxiplina.
Fil-fatt ir-rizultati tax-xoghol li ghamlet l-Assocjazzjoni kienu posittivi tant illi l-Pulizija bdew igawdu minn zidiet fil-pagi, is-servizz temporanju beda jghodd ghall-fini ta’ pensjoni, jahdmu tmien sighat u mhux tnax fejn kien il-kaz, uniformijiet bl-ghonq miftuh u l-promozzjonijiet bdew isiru bl-ezami, fost titjieb iehor.
Intant, sa ftit ta’ zmien ilu, kienu dawk minn rank ta’ spettur l-isfel biss li setghu jissiehbu fl-Assocjazzjoni,u dan kien skond dak li kien gie ppublikat fil-gazzetta tal-Gvern tat-22, t’April tas-sena 1960 (L.N.14/1960)
Gara izda li fis-sena 2002, il-Kapitolu 164 L-Att Dwar il-Pulizija liema Att jirregola l-organizzazjoni, d-dixxiplina u d-dmirijiet tal-Korp tal-Pulizija gie emmendat, u fost hafna affarijiet li nbidlu hemm illi l-membri kollha fi hdan il-Korp tal-Pulizija huma jew jistghu jkunu kollha rapprezentati mill- Assocjazzjoni tal-Pulizija.
Fil-fatt il-membri kollha huma volontarjament imsiehbin fl-Assocjazzjoni. Punt iehor posittiv li hareg mill-emmendi ta’ dan l-Att, huwa appuntu Titolu 111, li jitratta rigward l-Assocjazzjoni sabiex b’hekk il-funzjonijiet tal-Assocjazzjoni saru aktar addatati u meqjusa ghaz-zminijiet tal-lum.
L-Ghanijiet principal tal-Assocjazzjoni huma ghall-avvanzament tal-gid u l-efficjenza professjonali tal-membri,inkluzi hwejjeg li ghandhom x’jaqsmu mas-sighat tax-xoghol, il-vakanzi, il-paga u l-allowances, il-pensjonijiet u kundizzjonijiet ohra tas-servizz u regoli tad-dixxiplina in generali.
L-Organi tal-Assocjazzjoni tal-Pulizija huma, l-Konferenza Generali, l-Kumitat Ezekuttiv u l-Bordijiet tal-Ferghat. Il-Kumitat Ezekuttiv tal-Assocjazzjoni huwa kompost minn Chairman, Segretarju Generali, Tezorier u tmien membri .
Minn fost il-Kumitat Ezekuttiv kellu jinhatar Bord tal-Pulizija ghan-Negozjar. Il-funzjoni ta’dan il-Bord hija principarjament sabiex jidiskuti kwistjonijiet imqajjma sew minn-naha Ufficjali kif ukoll minn-naha tal-Persunal, mal-Bord Ufficjali tan-Negozjar li huwa maghmul minn erbgha Segretarji Permanenti minn Ministeri diversi.
Matul dawn il-laqghat iz-zewg nahat ikunu jistghu jigu assistiti minn konsulenti.
F’kaz ta’ nuqqas ta’ qbil, in-naha tal-Persunal tista’ titlob illi l-kwstjoni tigi riferuta ghall-arbitragg.
L-Assocjazzjoni tista’timpjega wkoll x’impjegat jew konsulenti minn barra l-Korp.
Assocjazzjoni tal-Pulizija ta'Malta
EST 1955
