L-Assocjazzjoni taghna hija ukoll membru tas-CESP (Conseil europeen des Syndicats de Police), European Council of Police Unions jew kif nafuha ahna bil-malti bhala l-Kunsill ewropew ta' Unions tal-Pulizija. Il-fatt li tissemma l-kelma union u ahna maghrufa bhala Assocjazzjoni, ma tnaqqas xejn l-iskopijiet tas-CESP.
Kien waqt laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv li kien sar bejn il-21 u 23 ta' Gunju 1995 fi Trojanovice, gewwa r-Repubblika Ceka, meta l-ispettur Raymond Zammit, bhala President akkumpanjat mis-Segretarju generali is-Surgent David Saliba, kien talab formalment li l-MPA tkun kkunsidrata biex tinghaqad fi hdan il-Kunsill. Il-President is-sur Raymond Zammit kien ghamel prezentazzjoni dwar l-Assocjazzjoni taghna sabiex jiggustifika li kienet kompatibbli ma' l-istatut sabiex eventwalment inisru membri. L-istatut kien hjesigi li l-membri jkunu minn pajjizi fi hdan l-unjoni ewropea jew minn dawk li jkunu meqjusa biex jissiehbu. Kienet saret diskussjoni u wara votazzjoni. L-Assocjazzjoni taghna kienet giet accettata unanimament sabiex tissieheb bhala membru shih, anke qable Malta kienet inghaqdet bhala membru shih gewwa l-unjoni Ewropea. Maghna kien hemm ukoll il-Garda tal-Pulizija irlandiza,izda kien ghad jonqos il-formalitajiet ufficjali sabiex nissiehbu ufficjalment u dan kellu jsir skond l-istatut f'laqgha tal-Kungress.
Il-Kungress tas-CESP kien sar bejn id-19 u 22 ta' Marzu 1996 f'Budapest gewwa l-Ungerija. Dak inhar l-Assocjazzjoni taghna kienet l-ewwel punt fuq l-Agenda biex formalment tissieheb bhala membru shih. Hekk l-Assocjazzjoni tifforma parti minn blokk ta' Unions tal-Pulizija ta' l-Ewropa maghquda flimkien taht kappa wahda b'vuci f'diversi istituzzjonijiet Ewropej f'solidarjeta ma eluf ta' Pulizija madwar l-Ewropa kollha.
Din l-ghaqda fis-CESP flimkien ma' l-imsiehba kollha hija msahha bl-Artikolu 7 ta-Att dwar il-Pulizija (Kap164) li jistabilixxi li 'L-Assocjazzjoni tista' tibqa tkun memebru tal- Kunsill Ewropew ta' unions tal-Pulizija (CESP) skond l-Istatut taggha u li l-Assocjazzjoni ghanha tibqa zzomm dawk il-kuntatti mal-Assocjazzjonijiet tal-Pulizija barranin, biex iggib il-quddiem l-ideali taghha.
Ringrazzjament imur ghall-Ex Supretendent u Ex President tal-MPA is-Sur Raymond Zammit illi gentilment ghaddielna din l-informazzjoni.
You are viewing the text version of this site.
To view the full version please install the Adobe Flash Player and ensure your web browser has JavaScript enabled.
Need help? check the requirements page.