M.A.R.P.O (Malta Association of Retired Police Officers)

Guest Book (Gh.P.P.)

  1. Ic-Cerimonja li ssir ta kull sena fuq l-oqbra tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta sejra ssir nhar il-Hadd 6 ta' Novembru 2011 fid-9am fic-cimiterju tal-Addolorata, u dik f' Ghawdex nhar il-Hadd 20 ta' Novembru 2011.

    (Posted on 2011-11-01 07:34:00 by Cerimonja fuq l-oqbra)
  2. L-Istatut rivedut
    Hadd pjacir naqra l-kummenti ta' sehibna Martin, jekk xejn hemm min juri nteress fl-affarijiet li huma ta' interess ghal kulhadd u bzonjuzi fid-dinja tallum. J'Alla ikun hemm aktar li jikkummentaw. Mhux bilfors li tikkummenta ghax hemm x'tibdel, imma anke jekk taqbel tista' tikkummenta. Lil Martin nghidlu li l-punti li semma' kollha se jigu nnutati u diskussi fil-Laqgha Generali stess. Ibqa cert li jkun hemm hin jekk nimxu bil-galbu u bis-serjeta. Mhux se noqghod nikkummenta minn hawn fuq il-punti msemmija kollha, pero hafif hafif nikkumenta dwar xi affarijiet zghar u hfief.
    Il-Kunsill jinhatar ghall-tliet snin(ara art. 3.2.v.i.),
    fejn fl-art. 6.1. hemm Kumitat Centrali dak hu bi zball u irid ikun Kunsill,
    l-infieq imsemmi mit-Tezorier ikun ghal matul it-tliet snin tal-Kunsill naturalment, sakemm ma jkunx hemm bdil mod iehor fl-Istatut u
    l-kwistjoni dwar jekk hux Assocjazzjoni jew Ghaqda, jekk wiehed jaqra l-English - Maltese Dictionary ta' Joseph Aquilina f'pagna 126 isib li Association hija -Assocjazzjoni - Ghaqda - Socjeta - xirka u Klabb u fl-ahhar,
    L-Ilsien Malti u l-Ilsien Ingliz huma t-tnejn ikkunsidrati bhala l-Ilsien Ufficjali ta' Malta ara Art 5 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.
    Veru nteressanti min jiehu sehem b'kummenti bhal dawn ghax b'hekk turi l-interess u l-partecipazzjoni li hija tant bzonnjuza u ghandha tkun apprezzata.

    Ray Zammit, membru tal-Kumitat
    Supritendent Irtirat

    (Posted on 2011-06-15 22:14:00 by Ray Zammit)
  3. Lis-Sur Emanuel Caruana.
    Segretarju.

    Prezentazzjoni ta’ Mozzjoni.

    Qieghed hawn naghmel talba lil Laqgha Generali Annwali tal-Ghaqda Pulizija Pensjonanti, sabiex jigi organizzat marc ta’ protesta jew Silent March gewwa Triq ir-Repubblika , Valletta, u/ jew toroq ohra, sabiex nuru l-appogg taghna mall-membri tal-Assocjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta u membri tal-ghaqda taghna sabiex il-Gvern kemm jista jkun malajr:-.

    a. Jigi rikonoxxut id-dritt lil membri tal-Korp tal-Pulizija u ohrajn sabiex jkunu jistghu jissiehbu f’union.

    b. Tigi konkluza kemm jista jkun malajr il-kwistjoni li hemm, dwar nuqqas ta’ hlas ta’ sieghat zejda li ghamlu ta’ aktar minn 46-il siegha fil-gimgha mis-sena 1993, dwar kif hemm fil-ftehim settorjali tal-istess sena, liema kwistjoni ghadha pendenti.

    Nitlob sabiex din il-mozzjoni tigi nnpoggiha ghad-diskussjoni matul il-laqgha. Il-lum l-ghaqda taghna ghandha fi hdanha membri li ghandhom pendenzi fuq kif hemm indikat hawn fuq. B’hekk inkun qed naghmlu xi haga li juri l-ghaqda u l-interess komuni li hemm bejn iz-zewg organizzazjonijiet li t-tnejn li huma jahdmu ghal-gid tal-membri taghhom, kemm pulizija prezenti u dawk irtirati. Nitlob li wara diskussjoni jittiehed vot fuq hekk u tigi deciza data ghal din il-manifestazzjoni.

    Martin Pace.
    EX PC 24

    (Posted on 2011-06-15 16:49:00 by Pace Martin former PC 24)
  4. Lis-Sur Emanuel Caruana.
    Ghaziz Sur Segretarju,
    Qieghed nikteb dawn l-erba kelmiet fuq l-istatut il-gdid li ser jigi diskuss u nahseb approvat matul il-laqgha generali li jmiss. Jien ser naghmel l-intervent tieghi fuq hekk. Peress li mhux ser jkun hemm hafna hin nixtieq li tiddiskutu dawn il-punti li ser inqajjem jien halli jigu ccarati jew ikkoreguti skont kif jahseb l-ahjar il-kumitat.
    Il-format tieghi ser jkunu f’ghamla ta’ mistoqsijiet u tibdil jew rimarki fuq certi artikoli tal-istatut kif jidher hawn taht:-

    Ghaliex tibdel l-isem tal-ghaqda?
    Ghaliex l-isem tal-ghaqda bl-Malti ma jiehux il-precedenza fuq l-Ingliz?
    Niddeciedu jekk Association maqluba ghal-Malti tigi Assocjazzjoni jew Ghaqda.
    Art 1.7 vii) torganizza u / jew tiehu sehem f’attivitajiet kulturali, edukattivi, reliġjużi u soċjali u manifestazzjonijiet għall- benefiċċju u /jew interess tal-membri. (Dawk underlines huma zieda li ghamilt jien)

    Art 1.8.1 Inzidu wkoll ma dan l-artiklu dawn li gej :- ir-razza, post ta’ origini, fehmiet politici, kulur, twemmin.

    Art 1.8.3 Min ha jkun ezentat mill-mizata u kif jahdem dan il-mekkanizmu?

    Art 1.8.6 Kif ser jkun jaf jew ahjar kif ser joggezzjona il-kunsill ghal mistiedna tal-membri.

    Art 1.8.8 Membru li b’xi mod ma jkunx konformi jew jaġixxi bi ksur tal-istatut jew xi direttivi maħruġa bis-saħħa tal-istatut, jista’ jiġi mkeċċi mill-Assocjazzjoni (ghaqda) b’decizjoni mill-Kunsill (underlined zieda tieghi)
    Art 2.2.3 Il-Laqgħa Ġenerali Annwali għandha tkun preseduta mill-President jew fin-nuqqas mis-Segretarju jew min persuna ohra mahtura ghal dik il-laqgha u għandha tinżamm fid-data u l-ħin stipulat fil-post maqbul mill-Kunsill. L-aġenda għandha tkun magħmula mill-Kunsill u trid tinkludi: l-indirizz tal-President, il-qari u approvazzjoni tal-minuti tal-Laqgħa Ġenerali ta’ qabel, il-qari u l-approvazzjoni tar-rapport finanzjarju, il-qari u l-approvazzjoni tar-rapport amministrattiv, il-qari tar-rapport tar-Reviżur u l-għeluq. (underlined zieda tieghi)

    Art 2.2.12 Ghaliex ghandu jkun il-President wahdu li jsejjah laqgha straordinarja u mhux flimkien mal-Kunsill ?
    Art 2.2.13 B’dan l-artiklu qed nghatu x’jifhem li l-President huwa l’fuq minn kullhadd.
    Art 2.2.9 Dan l-artiklu ghandu daqsxejn ta’ konflit ma Art 2.2.5 15, (il-gurnata sabiex taghmel mozzjoni mas-segretarju). Is-Segretarju jista jinnotifika sa 11-il gurnata qabel ghal laqgha generali annwali. L-ahjar li jista jsir huwa li d-data tal-laqgha tigi ikkomunikata 30-il gurnata qabel u l-agenda sa 10 tijiem qabel. Certi mozzjonijiet huma perikoluzi li jittresqu matul il-laqgha kif hemm indikat.
    Art 3.8 Ghandu jigi elett President tal-ghaqda (assocjazzjoni) dak il-membru li jgib l-akbar ghadd ta’ voti matul l-elezzjoni ghall-kunsill, u l-karigi l-ohra skond dan l-istatut kif jigu skont l-ordni kif gew eletti matul l-elezzjoni. F’’kaz ta’ parig dak l-aktar anzjan fl-eta’ jiehu precedenza. B’hekk peress li l-President jista jaghmel uzu mill-casting vot skond Art 5.6 b’hekk jkollu aktar awtorita’ gejja mill-membri eletturi.

    Art 6.1 ii X’inhu il-kumitat centrali ?

    Art 10.3 L’infieq ghandu jkun f’sena, ghax kif qieghed nifhem jien ma hemmx fl-istatu matul liema perjodu ta’ kemm huwa awtorizzat it-tezorier sabiex jonfoq dawk il-flejjes indikati..

    Fl-opinjoni tieghi ghandu jkun hemm kif tigi komposta il-Kummissjoni Elettorali.

    F’dan l-istatut il-gdid mhux qieghed nara kemm ser tkun il-perjodu bejn elezzjoni u ohra sabiex jinhatar Kunsill gdid.

    Grazzi

    Martin Pace
    Ex PC 24

    (Posted on 2011-06-15 16:02:00 by Pace Martin ex PC 24)
  5. Hbieb, kulma wiehed ghandu jaghmel dwar l-overtime pjuttost diga suppost li ghamlu. Min kien fil-Korp l-MPA kienet diga talbet id-dettalji u ghalhekk wiehed ghandu jivverifika l-pozizzjoni tieghu mal-MPA. Dwar dawk li spiccaw mill-Korp wara li saret it-talba ghall-overtime, ukoll kienu ntalbu mill-Ghaqda taghna jaghtu rendikont, izda issa regghu gew mitluba jaghtu aktar dettalji. Madankollu, dawn it-talbiet dwar l-overtime jaghmilhom biss minn jidhirlu li ma thallasx ta' xi overtime li kien hadem u li ghandu dettalji taghhom.

    Ray Zammit, membru tal-Kumitat
    Supritendent irtirat

    (Posted on 2011-06-11 11:20:00 by Ray Zammit)
  6. regward il overtime jien qed nifem sew... jigifiri gima hija ta 46 sijat u jien hdimt 48 sijat ok .....mill lima sena jibdew 1993 jew 1994? .u total tamlu x 1.5 ax ta sija hija sija u nofs... grazzi tal paenzja li tihdu bina..

    (Posted on 2011-06-10 21:52:00 by anthony mangion)
  7. nighd grazzi lis-sur ray zammit u lil mebri kollha tal-ghaqda penzzjonanti ;dwar il-kawza tal-pulizija. u il-pacenzja li tiehdu forsi jekk alla jried nirbhuwa li huwa dritt taghna.

    (Posted on 2011-06-10 16:53:00 by ex pc ray attard)
  8. nighd grazzi lis-sur ray zammit u lil mebri kollha tal-ghaqda penzzjonanti ;dwar il-kawza tal-pulizija. u il-pacenzja li tiehdu forsi jekk alla jried nirbhuwa li huwa dritt taghna.

    (Posted on 2011-06-10 16:53:00 by ex pc ray attard)
  9. Kif ga ghidt fis-27 ta' Mejju, 2011, is-seduta dwar il-kawza hija differita ghall-10 ta' Ottubru, 2011. Minn naha taghna wasalna fl-ahhar fil-provi u l-AG (l-Avukat tar-Republika) mistenni jaghmel il-kontro ezami tieghu, nisperaw li ma tittawwalx. Jidhrilna li mexjin tajjeb.

    Ray Zammit, membru tal-Kumitat
    Supritendent Irtirat

    (Posted on 2011-06-03 10:08:00 by Ray Zammit)
  10. it sur Ray Zammit kif ukoll lill kumitat kollu tal pacenzija u id dedikazjoni issa jekk ma jimburtax jekk tistawh ghamlu update tal kaawza f hiex waslet grazzi u il lejl it tajjeb FRANCIS FARRUGIA. ex P.C 593.

    (Posted on 2011-06-01 19:24:00 by Francis Farrugia)
  11. it sur Ray Zammit kif ukoll lill kumitat kollu tal pacenzija u id dedikazjoni issa jekk ma jimburtax jekk tistawh ghamlu update tal kaawza f hiex waslet grazzi u il lejl it tajjeb FRANCIS FARRUGIA. ex P.C 593.

    (Posted on 2011-06-01 19:24:00 by Francis Farrugia)
  12. Grazzi hafna ta informazzjoni sir ray zammit.

    (Posted on 2011-05-30 17:25:00 by anthony chircop)
  13. Hija l-Ghaqda tal-Pulizija Penzjonanti li talbet aktar dettalji, ghalhekk min ircieva dik c-cirkulari ghandu jimliha u jibghatha malajr kemm jista' ikun. Dawk li ghadhom fil-Korp jitkellmu mal-M.P.A. u dawk li telqu u kienu taw id-dettalji kollha m'ghandomx ghalfejn jimlew il-formola taghna.

    Ray Zammit membru tal-Kumitat,
    Supritendent Irtirat

    (Posted on 2011-05-30 07:38:00 by Ray Zammit)
  14. Grazzi ta informazzjoni dwar overtime li ghadu ma thallasx. dawk li spiccaw sena u nofs ilu 31/01/2010,u kienu imlew il formoli kollha u marru m.p.a bihom. xorta nimlew il formola li rcievew minghand M.P.A pls grazzi hafna

    (Posted on 2011-05-26 18:46:00 by anthony chircop)
  15. Ghaziz Vincent, Tista tigborhom ta' sena iva, imma nixtieq ninfurmak li il-gimgha kienet ta 46 sigha mhux 40 siegha.

    (Posted on 2011-05-26 14:24:00 by Risposta)
  16. l ewwel haga grazzi tol pacenzja,u tax xoghol siewji li qieghdin taghmlu,ircevejt il formola ta l overtime,biex naghti id dettalji tieghi. tista jekk jogghbok tghidli naqra kif u x irrid nimla. l aggreament kien sar fl 1993 u hdimna gimgha ta 48 siegha minflok ta 40 siegha.dawn is sieghat nigborhom sena sena?
    grazzi hafna
    dejjem tieghek
    ex pc 246 vincent cesare

    (Posted on 2011-05-26 08:00:00 by vincent cesare)
  17. l ewwel haga grazzi tol pacenzja,u tax xoghol siewji li qieghdin taghmlu,ircevejt il formola ta l overtime,biex naghti id dettalji tieghi. tista jekk jogghbok tghidli naqra kif u x irrid nimla. l aggreament kien sar fl 1993 u hdimna gimgha ta 48 siegha minflok ta 40 siegha.dawn is sieghat nigborhom sena sena?
    grazzi hafna
    dejjem tieghek
    ex pc 246 vincent cesare

    (Posted on 2011-05-26 08:00:00 by vincent cesare)
  18. Inħeġġu lill dawk kollha li jidhrilhom li għandom ammont ta' 'Overtime' għadu ma tħallasx sabiex jimlew l-formula li rċievew u jibgħatuha minnufih qabel il- 15 ta' Ġunju, 2011. Dawk li kienu taw xi nformazzjoni qabel, ukoll għandhom jimlew din il-formula bid-dettalji kollha. Dawk li rtiraw mill-Korp wara li kienet bdiet il-kawza, allura kienu għadhom membri tal-Assoċjazzjoni, m'għandomx jimlew din il-formula għax l-interessi tagħhom bdiet tieħu ħsiebhom l-Assoċjazzjoni meta kienu għadhom membri u allura huma diġa parti fil-kawża. Min għadu ma ssiħibx fl-Għaqda tal-Pulizija Penzjonanti nħeġġuh sabiex jagħmel dan mill-aktar fis possibli. Grazzi.
    Ray Zammit, membru tal-Kumitat
    (Supritendent irtirat)

    (Posted on 2011-05-25 14:00:00 by Ray Zammit)
  19. Mr.Ray Zammit,
    Grazzi tal-informazzjoni dwar il-konferenza generali li jmis,u talli hadt linkarigu biex tirrispondi fi zmien qasir, ghax kultant kont nahseb li hadd ma jaqra il-kummenti tal membri.

    (Posted on 2011-05-13 17:11:00 by Anthony Azzopardi)
  20. Dwar il-Konferenza Generali li jmiss id-dettalji se joħorġu aktar ilquddiem iżda ġa la darba qed issir il-mistoqsija nista' ngħid Ii l-Konferenza Generali ser issir nhar il-Hadd 26 ta' Gunju, 2011. Għalkemm l-istatut jgħid li l-Konferenza Generali għandha ssir bejn April u Mejju, il-Kumitat kien ħaseb żmien ilu li ssir fl-aħħar Hadd ta' Mejju, iżda peress li imbagħad tħabbar li fit-28 ta' Mejju ser isir ir-referendum, il-Kumitat kien tal-fehema li jipposponi d-data jew għad-19 li jaħbat Jum il-Missier jew fis-26 ta' Gunju kif fil-fatt ser isir. Fil jiem li ġġejjin tintbgħat l-ittra fejn il-membri jintalbu jibgħatu l-mozzjonijiet jew amendi li jkunu jixtiequ li jressqu fil-Konferenza u wara tintbgħat l-Aġenda kif tkun preparata flimkien mal-mozzjonijiet u l-emedni li jkunu se jiġu diskussi. Għalhekk wieħed jista' jibda jipprepara l-mozzjonijiet jew l-emendi li jixtieq jiġu diskussi u mhux joqgħod jistenna jirċievi l-ittra, u jista' jibgħathom. żgur li se jkun hemm proposta biex l-istatut jiġi emendat kollu.

    Ray Zammit, membru tal-Kumitat
    (Supritendent irtirat)

    (Posted on 2011-05-13 07:40:00 by Ray Zammit)
  21. Tista jekk u possibli tinfurmawna meta ser issir il-laqa generali ta'din is-sena? Mejju ga kwasi nofsu barra.Grazzi.

    (Posted on 2011-05-12 17:16:00 by Anthony Azzopardi)
  22. Il-kawza tinsab differita ghat tkomplija nhar it-Tnejn 16 ta' Mejju, 2011.
    Niehdu pjacir ninnutaw li jkun hemm bosta li jzuru l-websajt taghna kif ukoll napprezzaw dawk li jikkummentaw ghax b'hekk inzommu is-sajt hajja. Ta min ukoll jippartecipa ukoll fl-attivitajiet li norganizzaw ghax dawn iservu t'okkazzjoni fejn wiehed jiddiskuti kif ukoll naturalment jiddeverti.
    Bhalissa qed fil-fazi fejn qed nfasslu statut gdid aggornat ghaz-zminijiet tallum. Min ghandu xi suggerimenti x'jaghmel nistiednu jikkomunika maghna. Fil-laqgha generali li jmiss mistenni li nipprezentaw dan l-istatut ghal diskussjoni u l-approvazzjoni tal-membri.

    Ray Zammit (Supritendent irtirat)
    Membru tal-Kumitat

    (Posted on 2011-05-06 12:36:00 by Ray Zammit)
  23. Nixtieq li is site taghna tkun aktar aggornata u up dated fuq l attivitajiet kollha li ikun hemm , anke fuq il kawza li ghandna u mhux jghaddi hafna zmien biex wiehed isir jaf xi kun gara, avolja forsi ma jkun sar xejn u din tigi differita

    (Posted on 2011-04-16 13:22:00 by Anthony Camilleri)
  24. Ghaliex dan id-dewmin biex wiehed jikteb ir-risposta ta' xi mistoqsijja fuq din il-pagna?

    (Posted on 2011-04-08 18:19:00 by Anthony Azzopardi)
  25. Nixtieq inkun naf,minn ahhar smiegh tal-kawza la saret 14.03.11 quddiem Imhallef Dr.Gino Camilleri L.L.D,kien hemm xi zviluppi ahjar? Grazzi dejjem ghax xoghol siwi li qed taghmlu ghalina pensjonanti.

    (Posted on 2011-03-26 12:37:00 by J.Abela ex-Ps994)
  26. Skuzani ghal kumment li ghamilt dwar smiegh tal-kawza billi dahalta bi zball fil-kolonna tal-Obituary.

    (Posted on 2011-03-26 12:34:00 by Joseph Abela ex-ps994)
  27. Grazzi tal-informazzjoni.

    (Posted on 2011-03-23 19:19:00 by Anthony Azzopardi)
  28. Rigward is-suggeriment li ghamilt nixtieq ninfurmak li l-Ghaqda taghna ma ghandiex access ghar-rittratti tal-membri.

    (Posted on 2011-03-22 10:16:00 by Sur Azzopardi)
  29. Huwa possibli jitpogga ritratt ta'sehibna li jkun telaqna ma ismu u numru?

    (Posted on 2011-03-15 15:21:00 by Anthony Azzopardi)
  30. Nixtieq verament ngħidilkom prosit tas-site sabiħa, user friendly u interessanti li għamiltu. L-web designer għandu ideat prattiċi . Din is-site hija aħjar minn xi sites ta' kumpaniji kbar jew gruppi ta' negozju li għandhom ħafna iżjed interess li jkollhom site tajba. Prosit.

    (Posted on 2011-01-30 16:03:00 by Michael Briffa)
  31. Mr. Meli, are you refering to the Malta Police Association tie pin because the Pensioners Association does'nt have tie pins we only have lapel badges of the Ghaqda Pulizija Pensjonanti in case you are refering to this i can send you one by post, no problem.

    (Posted on 2011-01-30 13:11:00 by Mr.Joseph Meli)
  32. jien ukoll naqbel mal kumment li ghamel xpc 24 Martin Pace ..proset .

    (Posted on 2011-01-29 10:53:00 by anthony mangion)
  33. Naqbel perfettament mal-kumment li ghogbu jaghmel ex PC 24 martin Pace.
    Ukoll minn hawn nixtieq inheggeg lill-kumitat tal-Assocjazzjoni prezenti sabiex jibqa' jiggieled ghad-dritt ta UNION, kif igawdu Pulizija ohrajn fl-Ewropa
    Dan kien punt importanti hafna li konna bdejna nahdmu fuqhu ahna meta konna f'dati fit-tmexxija tal MPA.
    Is-sewwa jirbah zgur. Kuragg.

    (Posted on 2011-01-28 22:02:00 by Godwin Borg)
  34. If one cannot come to the Pension Office, can one effect a mail order of the tie pin, and if so what does it cost. I am registered as disabled as I cannot stay standing for long time, unless I find where to sit down. In this modern days one can make a mail order by internet paying directly by the bank. This could include our membership fees.

    Thanks and God Bless you all,

    Joseph Meli
    Ex-P.S. 134

    (Posted on 2011-01-28 18:00:00 by Joseph Meli)
  35. Soba ghat-telfa tragica ta' PC.322 Marvin Busuttil stazzjonat MT. Garage. F'isem il-Kunsill u l-membri kollha ta' l' Ghaqda Pulizija Pensjonanti kondoljanzi lil-familja ta sehibna Marvin.

    (Posted on 2011-01-20 18:50:00 by Emmanuel Caruana. Segretarju)
  36. Ara l-pulizija pensjonanti kellhom jaghmlu kawza sabiex jiehdu dak lil hu taghhom bi dritt. Imma ara l-parlamentari kemm jafu jirregolaw il-pagi u l-pensjonijiet taghhom.

    (Posted on 2010-12-10 11:26:00 by Pace Martin ex PC24)
  37. Sur Buttigieg tista tmur l-ufficju ta' l-Associazzjoni tal-Pulizija il-Menqa Marsa u hemm issib lis-Surgent Neville Mercieca.

    (Posted on 2010-12-01 13:12:00 by re: Tie pin)
  38. nixtieq nixtri pin tal malta police association biex insomma bhala tifkira ta missieri . li serva fil kolp gh 25 sena u hu kien surgent hal qormi . grazzi bil quddiem

    (Posted on 2010-11-26 17:27:00 by paul buttigieg)
  39. Today is the 26th anniversary of the Patrol Boat C23 tragedy. Seven service personnel lost their life, amongst whom Police Sergeant SAVIOUR MUSCAT and Constable JOSEPH HARE. The 7th of September,1984 was one of the worst black days during my term of office in Gozo. Their severely mutilated bodies are still imprinted in my memory. Muscat and Hare were very good and loyal members of the Police Explosives Unit.
    Nikol Cutajar
    Ex AC

    (Posted on 2010-09-07 20:18:00 by Nikol Cutajar)
  40. Today was the funeral of ex PC1033 John Bowermann who died last Sunday.

    (Posted on 2010-09-07 12:05:00 by Anthony Azzopardi)
  41. Grazzi ta l-awguri Sur segretarju Generali, il-messagg tieghek naddih lil membri shabi fl'ewwel laqgha tal-Kunsill.

    (Posted on 2010-05-18 16:15:00 by Emmanuel Caruana)
  42. F'isem il-membri tal-Assocjazzjoni tal-Pulizija ta' Malta nixtieq nawgura l-hidma t' tajba lill-kunsill il-gdid tal-Ghaqda.

    Segretarju Generali
    MPA

    (Posted on 2010-05-18 15:26:00 by Neville Mercieca)
  43. Jiena naqbel perfettament ma dak li qal is-Sur Nikol Cutajar. Nista inzid li jiena ukoll bqajt disguztat bl'intqal fuq iis-Sur Vivian De Gray u san Gorg Preca, vera tal-misthija.
    Emmanuel Caruana
    EX PC.1268

    (Posted on 2010-03-25 08:55:00 by Emmanuel Caruana)
  44. NIDDEFENDU L-INTEGRITA’ TA’ L-EKS KUMMISSARJY VIVIAN de GRAY.
    Nixtieq, bhala Ex membru tal-Korp tal-Pulizija, nirregistra l-oggezzjoni tieghi ghall dak li ntqal u nkiteb mill-awtur tal-ktieb li ser jigi ppubblikat, ntitolat Queer Mediterranean Memories , fuq l-Eks Kummissarju Vivian De Gray.
    Il-Kummissarju Vivian De Gray kien il-kap tal-Korp meta jiena dhalt fil-Pulizija fl-1969. Ghall-ahhar tas-snin sebghin jiena kelli x-xorti li nsir habib ta’ dan ir-ragel gharef. Hija haga tal-misthija li xi hadd jimplika tendenzi hekk degradanti fuq bniedem ta’ ntegrita’ mpekkabbli. Huwa att kodard li xi hadd jaghmel dawn l-insinwazzjonijiet fuq persuni defunti li ma jistghux jiddefendu lilhom infushom. Jiena niddubita jekk dan l-awtur l-Avukat Joseph Carmel Chetcuti qattx iltaqa’ ma’ l-Eks Kummissarju Vivian de Gray. Dak li ntqal fuq l-uniku qaddis Malti San Gorg Preca huwa nsult ghall-poplu kollu Malti u Ghawdxi, minn xi hadd li huwa stess iddikjara lilu nnifsu bhala omosesswali b’aggettiv ta’ degradanza popolari.
    Jidher li dan il-ktieb huwa mibni fuq insinwazzjonijiet immaginattivi u nfondatati, u jammontaw ghall-ksur sfaccat tal-ligi kriminali. Fil-konfront ta’ l-Eks Kummissarju Vivian de Gray jammonta ghall malafama u fil-kaz ta’ San Gorg Preca huwa delitt kontra is-sentiment religgjuz. Dawn jikkomportaw piena karcerarja.

    Nikol Cutajar
    Eks A.C.

    (Posted on 2010-03-20 20:50:00 by Nikol Cutajar)

You are viewing the text version of this site.

To view the full version please install the Adobe Flash Player and ensure your web browser has JavaScript enabled.

Need help? check the requirements page.


Get Flash Player