83. Din it-Taqsima temenda l-Att dwar il-Pulizija u għandha tinqara u tinftiehem ħaġa waħda mal-Att dwar il-Pulizija, hawnhekk iżjed ’il quddiem f’din it-Taqsima msejjaħ "l-Att prinċipali".

84. L-artikolu 2 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) fit-tifsira "Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta", minflok il-kliem "u li tkun teżisti mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l- Att" għandhom jiġu sostitwiti l-kliem "u mwaqqfa b’dan l-Att";
(b) minnufih wara t-tifsira "Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta" għandha tiżdied din it-tifsira ġdida li ġejja:
" "data personali" għandu jkollha l-istess tifsira mogħtija lilha bl-artikolu 2 tal-Att dwar il-Protezzjoni u l- Privatezza tad-Data;"; u
(ċ) minnufih wara t-tifsira "it-Trattat", għandha tiżdied din it-tifsira ġdida li ġejja:
" "trade union" għandu jkollha l-istess tifsira mogħtija lilha bl-artikolu 2 tal-Att dwar l-Impiegi u r- Relazzjonijiet Industrijali.".

85. Fis-subartikolu (3) tal-artikolu 7 tal-Att prinċipali, minflok il-kliem "kull assoċjazzjoni professjonali mwaqqfa taħt dan l-Att" għandhom jidħlu l-kliem "kull assoċjazzjoni professjonali".

86. Fl-artikolu 12 tal-Att prinċipali, minflok il-kliem "kif il- Kummissarju jista’ jistabbilixxi" għandhom jidħlu l-kliem "kif il- Kummissarju jista’ jistabbilixxi jew skont it-termini ta’ xi ftehim li jkun sar bejn l-Gvern u l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta".

87. Fl-artikolu 14 tal-Att prinċipali, minflok il-kliem "permezz ta’ assoċjazzjoni professjonali" għandhom jidħlu l-kliem "permezz tal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta".

88. L-artikolu 21 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) is-subartikolu (1) tiegħu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"(1) Sabiex jiġi provdut forum għal konsultazzjoni u djalogu bejn n-naħa tal-persunal u n-naħa uffiċjali,għandu jkun hemm Bord tal-Pulizija għan-Negozjar li jkun
korp konsultattiv fdat biex jiddiskuti u jikkonsidra kull kwistjoni marbuta mal-korp tal-pulizija.";
(b) fis-subartikolu (4) tiegħu, minflok il-kliem "l- Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta:" għandhom jiġu sostitwiti l-kliem "l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta." u l-proviso
tiegħu għandu jiġi mħassar.

89. Is-subartikolu (2) tal-artikolu 22 tal-Att prinċipali għandu jiġi mħassar, u s-subartikolu (1) tiegħu għandu jiġi enumerat mill ġdid bħala l-artikolu sħiħ.

90. L-artikolu 23 tal-Att prinċipali għandu jiġi mħassar.

91. L-artikolu 24 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) fis-subartikolu (2) tiegħu, minflok il-kliem "Assoċjazzjoni professjonali tista’" għandhom jiġu sostitwiti lkliem "L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta għandha"; u
(b) minnufih wara s-subartikolu (2) tiegħu, għandu jiżdied dan is-subartikolu ġdid li ġej:
"(3) L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta għandu jkollha l-jedd li tkun reġistrata mar-Reġistratur tat-Trade Unions skont l-artikolu 53 tal-Att dwar l-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali għall-finijiet ta’:
(a) twettiq tal-attività biex tirrappreżenta, u, jew tinnegozja f’isem xi wieħed jew kull membru tagħha għar-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ impieg tagħhom; u
(b) rikonoxximent bħala trade union għallfinijiet ta’ collective bargaining f’isem il-membri tagħha:

Iżda li għall-finijiet biex tiġi rreġistrata bħala trade union, l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta għandha tħares id-dispożizzjonijiet tas-Sub-Taqsima 1 tat-Titolu II tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali: Iżda wkoll li, minkejja xi dispożizzjoni kuntrarja, l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta għandu jkollha l-jedd biss li tirrappreżenta u, jew tinnegozja f’isem il-membri tagħha għar-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ impieg tagħhom u ma jkunx leġittimu għall- Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta li tagħti xi direttiva, sew parzjali jew sħiħa, lill-membri tagħha filkontemplazzjoni jew fl-avvanz ta’ tilwima industrijali.".

92. L-artikolu 25 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) fis-subartikolu (1) tiegħu, minflok il-kliem "Issħubija f’assoċjazzjoni" għandhom jiġu sostitwiti l-kliem "Issħubija fl-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta";
(b) fis-subartikolu (2) tiegħu, minflok il-kliem "tali assoċjazzjoni" għandhom jiġu sostitwiti l-kliem "tal- Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta"; u
(ċ) fis-subartikolu (3) tiegħu, minflok il-kliem "assoċjazzjoni tista’" għandhom jiġu sostitwiti l-kliem "l- Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta tista’".

93. L-artikolu 26 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) minflok il-kliem "Kull assoċjazzjoni u kull kumitat" għandhom jiġu sostitwiti l-kliem "L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta u kull kumitat"; u
(b) minflok il-kliem "u mhux assoċjati ma’, xi korp li ma jkunx is-servizz tal-pulizija" għandhom jiġu sostitwiti l kliem "u mhux assoċjati ma’ xi korp, inkluż kull trade union jew korp jew assoċjazzjoni oħra li tingħaqad jew taħdem fil-qrib ma’ trade union, li ma jkunx is-servizz tal-pulizija".

94. L-artikolu 29 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) is-subartikolu (1) tiegħu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:"(1) L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta tista’ tissostitwixxi l-istatut tagħha nnifisha u l-istatut li jkun maħsub biex jissostitwixxi dak li jinsab fl-Iskeda għandu jħares id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att u fejn japplika ddispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. Meta l-istatut ikun ġie hekk approvat mill- Kummissarju, dan għandu jitqiegħed għall-votazzjoni talmembri tal-Assoċjazzjoni. Dik is-sostituzzjoni għandha tiġi determinata b’maġġoranza tal-voti tal-membri kollha preżenti u votanti. Kull dispożizzjoni tal-istatut li ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att għandha tkun nulla u bla effett. Kull dispożizzjoni tal-istatut li ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Impiegi u r- Relazzjonijiet Industrijali tista’ tirriżulta fir-rifjut tarreġistrazzjoni u jew it-taħsir tar-reġistrazzjoni tal- Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta bħala trade union."; u
(b) is-subartikolu (2) tiegħu għandu jiġi mħassaar, u ssubartikolu (1) tiegħu għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala lartikolu
sħiħ.

95. Fl-artikolu 30 tal-Att prinċipali, minflok il-kliem "ma’ xi assoċjazzjoni professjonali" għandhom jiġu sostitwiti l-kliem "mal- Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta".

96. L-artikolu 34 tal-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) fis-subparagrafu (a) tiegħu minflok il-kliem "trade union; jew" għandhom jiġu sostitwiti l-kliem "trade union, li ma tkunx l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta mwaqqfa taħt dan l- Att; jew";
(b) fis-subparagrafu (b) tiegħu minflok il-kliem "xi ħaġa msemmija fl-artikolu 21" għandhom jiġu sostitwiti l-kliem "xi ħaġa marbuta mal-kondizzjonijiet tal-impieg u, jew
relazzjonijiet industrijali".

98. Minnufih wara s-subartikolu (2) tal-artikolu 84 tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, għandu jiżdied is subartikolu ġdid li ġej:
"(3) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att japplikaw għall- Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta biss, kif u sakemm l-Att dwar il-Pulizija jipprovdi għal dik l-applikazzjoni minn żmien
għal żmien.".

You are viewing the text version of this site.

To view the full version please install the Adobe Flash Player and ensure your web browser has JavaScript enabled.

Need help? check the requirements page.


Get Flash Player